Seduta Pubblika

Insuleur Logo no text

In-Netwerk tal-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija Insulari tal-UE (INSULEUR), fi sħubija mal-KESE, se jorganizza Seduta Pubblika nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Ġunju 2020 fi Brussell dwar il-"Patt Ekoloġiku u l-Gżejjer".

Is-Seduta Pubblika se jkollha l-għan li tesplora l-potenzjali kollha pprovduti mill-Patt Ekoloġiku tal-UE għall-Gżejjer u n-negozji insulari, tanalizza l-punti ewlenin tal-Patt Ekoloġiku rigward l-ekosistemi tal-gżejjer u tippromwovi l-Gżejjer bħala postijiet fejn wieħed jista' jesperimenta għall-implimentazzjoni tal-miżuri pprovduti mill-istrumenti u l-Pjanijiet ta' Azzjoni l-ġodda.